Lokali

Sena ħabs sospiża wara li uża karti foloz tal-€100 biex jixtri fjuri u sigaretti

Darren Mizzi ta’ 33 sena minn Ħal Qormi, ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin wara li prova jħallas bukkett fjuri f’forma ta qalb u paketti tas-sigaretti b’żewġ karti tal-€100 foloz. Il-każ seħħ f’Ġunju tal-2013.

Malli s-sidien intebħu bil-karti foloz, huma infurmaw lill-Pulizija.

Mizzi saħaq li kellu l-vizzju ta’ droga. Mizzi għandu wkoll każi oħra l-qorti fosthom dwar serq u li għex minn fuq il-prostituzzjoni.