Internazzjonali

Seta’ ntbagħat l-anthrax lejn laboratorju fir-Renju Unit

Uffiċjali fl-Istati Uniti qalu li laboratorju fir-Renju Unit, fl-2007, seta’ ‘rċieva’ kampjun tal-anthrax mingħand il-Pentagon, li hu bbażat f’Washington.

Il-laboratorju inkwistjoni jitmexxa mill-personnel Britanniku u mhux mill-militar Amerikan. Intant, qed jingħad li ntbagħtu wkoll il-kampjuni tal-istess bakterja qattiela lejn l-Istat ta’ Massachusetts.

Dan ifisser li l-ammont tal-laboratorji li jinkwadraw fl-hekk-imsejħa ‘anthrax scare’ mill-Istati Uniti issa telgħu għal 68 – bil-każ jinvolvi wkoll lil erba’ pajjiżi barranin.

Fl-aħħar għaxar snin, diversi faċilitajiet militari tal-Istati Uniti ttrasferew il-kampjuni tal-anthrax ‘li ma kenux attivati’ lejn il-laboratorji madwar id-dinja, bl-iskop li dawn jgħinu fir-riċerka dwar il-gwerra bioloġika