Ingliża nqabdet fix-Xemxija liebsa ħwejjeġ u malja li kienu f’bagalja li nsterqet mill-conveyor belt tal-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Kollox beda meta koppja Maltija, li waslet minn btala, għamlet rapport lill-Pulizija wara li waħda miż-żewġ bagalji tagħhom ma waslitx.
Meta l-uffiċjal tas-sigurta’ tal-ajruport ta’ Malta raw il-filmati tas-cctv, ikkonfermaw lill-koppja Maltija, li l-bagalja kienet inġabret minn mara.
Aktar kmieni dalgħodu waqt li l-koppja Maltija kienet għaddejja mix-Xemxija, nnutaw mara li kienet liebsa libsa simili ħafna għal dik li kellha fil-bagalja, kif ukoll kienet qed iġġorr baskett li kien simili wkoll.
Hekk kif raw hekk, il-koppja Maltija ddeċidew li jsegwu lil din il-mara sal-Bajja tal-Fekruna, u kif il-barranija neħħiet il-libsa minn fuqha, kienet liebsa wkoll malja simili ħafna tal-mara.
Kien għalhekk li l-koppja Maltija nfurmat lill-Pulizija, u hawnhekk il-mara ġiet arrestata mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Il-mara se titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>

