Il-Ministru Konrad Mizzi ma jgħidx kemm hi l-ispiża ta’ dawn l-impjiegi u jekk inħarġux sejħiet pubbliċi
Mill-elezzjoni sal-lum il-Gvern impjega 165 ħaddiem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC).
Meta llejla fil-Parlament twieġbet din il-mistoqsija parlamentari li tressqet mix-Shadow Mnister Jason Azzopardi, il-Ministru Konrad Mizzi li hu responsabblii mill-Korporazzjoni, ma kienx preżenti u kien qiegħed iwieġeb f’ismu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ Konrad Mizzi, Chris Fearne.
Quddiem l-insistenza tal-membri tal-Gvern biex l-Oppożizzjoni tressaq mistoqsijiet lill-Ministru Konrad Mizzi relatati mal-mistoqsija oriġinali li tkun saret, id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech talab lill-istess Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha li ssirlu u mhux jevita u ma jweġibx partijiet mill-mistoqsija b’rabta ma’ 165 impjieg li saru fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-elezzjoni tal-2013 sal-lum.
Fit-tweġiba li ppreżenta fil-Parlament il-Ministru Konrad Mizzi għall-mistoqsija tax-Shadow Minister Jason Azopardi, il-Ministru Konrad Mizzi ma weġibx dwar kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott ta’ dawn iż-żidiet ta’ impjiegi fil-WSC.
Il-Ministru Mizzi lanqas ma wieġeb kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika, u kemm kienu l-impjiegi li għalihom ma ħarġet ebda sejħa.
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech irrimarka li l-Ministru Konrad Mizzi mhux qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija sħiħa u ħalla barra żewġ mistoqsijiet mill-aktar relevanti u ta’ importanza.
Il-Ministru Konrad Mizzi fit-tweġiba li ta bil-miktub, qal biss li minn Marzu tal-2013 sal-lum, taħt dan il-Gvern kienu impjegati f’din il-Korporazjoni 165 ħaddiem ġdid minn 50 lokalità differenti minn Malta u Għawdex.
Għal-lista li ta l-Ministru Konrad Mizzi tal-karigi li għandhom dawn il-165 ħaddiem ġdid, hemm l-impjieg ta’ Architect Pipelaying, bid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea jistaqsi biex is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne jispjega l-kariga li ngħata l-Architect Pipelaying u jekk din hix xi professjoni ġdida.
Is-Segretarju Parlamentari Fearne wieġeb biss dwar il-partijiet tal-mistoqisja li ma kinitx imwieġba, u rrimarka li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>