Lokali

Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Belt

Ritratt: Maltese Roads Traffic Update

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ meta ntlaqat minn karozza fi Triq l-Assedju l-Kbir il-Belt.

Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur kien se jdur biex jidħol lejn il-Belt, meta għal xi raġuni l-mutur intlaqat mill-vettura tat-tip Citroen, misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mir-Rabat.

Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza. Anke f’dan il-każ, il-kundizzjoni ta’ saħħtu għadha mhix magħrufa, iżda ma jidhirx li sofra feriti gravi.