Lokali

Donazzjoni ta’ Kotba mill-President Emeritu lill-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, akkumpanjat mill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra Godfrey Farrugia u David Agius, laqa’ mingħand il-President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici donazzjoni ta’ kollezzjoni ta’ rivisti. Dawn jinkludu 32 ħarġa tar-rivista “Journal of the Parliaments of The Empire”, 6 ħarġiet tal-“Journal of the Parliaments of The Commonwealth”, 2 ħarġiet ta’ “Parliamentary Affairs”, 15-il numru ta’ “Report on World Affairs”, 4 ħarġiet tal-“Aussen Politik” u ħarġa ta’ “UN Monthly Chronicle” għal-librerija tal-Parlament.

L-Ispeaker irringrazzja lill-President Emeritu Mifsud Bonnici li għoġbu jirregala dawn ir-rivisti, li jmorru lura saħansitra sal-1925, lill-Parlament ta’ Malta.