Lokali

Iċemplu l-Emerġenza tal-Isptar wara messaġġ qarrieq

Bħalissa xi nies qed jirċievu messaġġ b’numru mill-Każakistan li jitlob lil dak li jkun biex iċempillu urġenti.

Dan mhu xejn għajr messaġġ qarrieq, u saħansitra l-Pulizija Maltija appellat biex dan il-messaġġ ikun injorat u ħadt ma jċempel fuq dan in-numru.

Barra minn dan, jidher li ħafna Maltin minflok fuq dan in-numru, malli jaqraw il-kelma emerġenza, iddeċidew li jċemplu n-numru 112 … jiġifieri l-emerġenza fi ħdan l-Isptar Mater Dei.

Dan qed iwassal għal inkonvenjent kbir fuq din il-linja tant sensittiva, b’riskju li persuni li jkollhom bżonn kura medika jistgħu jesperjenzaw dewmien biex jinqdew.

message scam

 

Filfatt din hi scam internazzjonali fejn dawk li jċemplu lura jistgħu jitilfu l-flus għaliex min jirrispondi ftit ftit jibda jitlob għal dettalji personali, inkluż dettalji tal-bank.

Agħar minn hekk, f’xi każi dawn id-dettalji saħansitra ġew mgħoddija lil organizzazzjonijiet kriminali.