Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu illum l-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju.
IN-NAZZJON jikkwota dak li qalet l-MUT dwar l-Avviż Legali 150, bil-union issostni li hemm riskju serju għar-reputazzjoni u l-istandards tal-edukazzjoni f’pajjiżna.
THE TIMES OF MALTA tirrapporta li l-UE għadha qed tanalizza l-garanzija bankarja li ħareġ il-Gvern biex jagħmel tajjeb lill-konsorzju privat Electrogas li qed jibni l-power station il-ġdida.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-Gvern se jkun qed jippubblika l-inkjesta dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.
MALTA TODAY tirrapporta li l-PN qed jitlob tibdil fis-sistema tal-Gwardjani Lokali.
L-ORIZZONT tikkwota diskors li għamel Tony Zarb barra minn Malta fejn tkellem kontra l-prekarjat.
//= $special ?>