Sport

Jibda l-proċess tal-bejgħ tal-biljetti

Sena qabel il-bidu tal-Euro 2016 beda l-proċess tal-bejgħ tal-biljetti. Il-partitarji għandhom sal-10 ta’ Lulju li ġej biex jirreġistraw u jagħżlu liem biljetti jridu. Huma jkunu jafu jekk awwitawx dawn il-biljetti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu. L-aktar biljett irħis jiswa €25.

B’kollox hemm total ta’ miljun biljett x’jinbiegħu. Għall-ewwel darba fl-istorja, f’dan it-turnament se jkunu qed jieħdu sehem total ta’ 24 tim. Il-holders tat-titlu huma Spanja. Minħabba li Franza se torganizza t-turnament, l-iskeda tal-partiti li se jilgħab it-tim nazzjonali Franċiż hi diġa’ magħrufa u b’hekk il-partitarji diġa’ jistgħu jagħżlu liem logħob iridu jaraw.