Futbol Sport

Laqgħa bejn rappreżentant ta’ Alfred Effiong u Birkirkara

Il-ġmiel ta’ gowl li skurja Alfred Effiong mat-tim nazzjonali Malti wassal biex ilbieraħ kien hemm laqgħa pożittiva ħafna bejn rappreżentant tal-plejer u l-klabb ta’ Birkirkara.

Dawn tal-aħħar jidhru li huma l-akbar favoriti li jiksbu l-firma ta’ Effiong qabel il-bidu tal-istaġun il-ġdid 2015/16.

Effiong għandu kuntratt ta’ tliet snin ma’ Qormi iżda l-indikazzjonijiet huma li l-plejer se jkun qed iħalli lill-klabb. Għal Effiong hemm interess ukoll minn Hibernians.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).