Żewġ persuni weġġgħu f’ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa. Il-ħabta bumper-to-bumper seħħet għall-ħabta tas-1.40pm, fil-karreġġjata li tagħti ghall-Belt, bejn vettura tat-tip Opel u oħra tat-tip Toyota.
Ix-xufiera, raġel ta’ 67 sena minn Ħal Qormi li kien qed isuq l-Opel u żagħżugħa ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura f’żewġ Ambulanzi. Għalkemm il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, minn informazzjoni li għandna jirriżulta li ż-żewġ persuni ma sofrewx feriti gravi.
Kawża tal-inċident, għal xi ħin kien hemm konġestjoni qawwija ta’ traffiku fit-toroq li jagħtu għal din it-triq prinċipali.
//= $special ?>




