Għawdex Lokali

Trakkijiet tħallew sagħtejn jistennew il-vapur

Koas totali dalgħodu fil-port tal-Imġarr Għawdex.

Waqt il-Breakfast Show ta’ Radio 101 ġie żvelat li numru ta’ trakkijiet se jkunu qed jaslu tard bix-xogħol minħabba deċiżjoni tal-Gozo Chennel li ma jitilgħux fuq il-vapur tas-6am. Persuni li tkellmu magħna qalulna li għamlu aktar minn saghtejn jistennew fil-port tal-Imgarr, bl-iskuża tkun li l-kumpanija qed tuza l-vapur li ghandu double deck.

L-istess ħaddiema sejjhu din is-sitwazzjoni bħala “kummiedja tal-Gozo Channel”, li qatt ma saret qabel. It-trakkijiet kienu ilhom mill-5am jistennew fl-Imġarr biex jaqsmu bix-xogħol lejn Malta.