Il-Vatikan kompla jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-pedofelija minn membri tal-Kurja hekk kif tħabbar li l-Papa Franġisku aċċetta li jinfetaħ proċess kontra dawk l-Isqfijiet li jkunu abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom u ħbew każi ta’ pedofelija.
Il-pjan kien propost minn kummissjoni li kien ħoloq il-Papa biex tara kif tista’ tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-każi ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru, u fost kritika li ma kienx qed isir biżżejjed biex l-isqfijiet jinżammu responsabbli għal abbużi li jkunu saru fid-djoċesi tagħhom.
Tribunal għar-reati ta’ pedofelija


