Futbol Sport

Attakkant mill-Equitorial Guinea bi prova ma’ Valletta F.C.

L-attakkant ta’ 32 sena mill-Equatorial Guinea iżda twieled il-Kamerun, Thierry Fidjeu Tazemeta bħalissa hu wieħed mill-barranin bi prova ma’ Valletta.

Fidjeu Tazemeta kien diġa’ jilgħab f’pajjiżna, preċiżament ma’ Xewkija Tigers fl-istaġun 2004/05 meta kienu jifforma koppja fl-attakk ma’ Udo Nwoko, illum ma’ Gudja United.

Fidjeu kien qed jilgħab l-aħħar ma’ La Saint-Colomban Locmine fit-tieni diviżjoni Franċiża. Matul il-karriera tiegħu lagħab għal numru kbir ta’ klabbs f’numru ta’ pajjiżi.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).