Lokali

FILMAT: Jirnexxielu jevita inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi

Waqt li bħalissa qed ikunu rapurtati diversi inċidenti, b’mod speċjali inċidenti li jinvolvu muturi, fl-aħħar sigħat maltarightnow.com irċieva dan il-filmat. Filmat li fih il-qarrej jidher qed isuq fi triq mingħajr traffiku, u f’daqqa ma’ waħda sab ma’ wiċċu trakk li ħareġ minn garaxx privat.

Kif jidher aktar il-quddiem fil-filmat, Wara li t-trakk ħareġ mill-garaxx, sid il-mutur, waqaf u kellu jdur mat-trakk.

Li kieku sid il-mutur ma kienx pront li jwaqqaf il-mutur, il-possibilta’ kienet li l-mutur kien jispiċċa taħt it-trakk, b’konsegwenzi koroh.