Lokali

Ikkontrollati nirien f’Buġibba

Nirien li żviluppaw fi kċina ta’ restaurant f’Buġibba ġew kontrollati fi ftit ħin. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30am.

Ir-restaurant jinsab fi Triq il-Kavetta f’Buġibba. In-nar beda minn fryer, iżda ġie kontrollat mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.