Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-iskandlu ta’ Strada Zekka fejn ikomplu joħorġu suspetti qawwija ta’ korruzzjoni. Anke l-ġurnal TIMES OF MALTA b’aktar żviluppi dwar dan l-iskandlu fejn naqraw illi żewġ artijiet li ingħata Gaffarena (bħala parti mill-espropjazzjoni) jinsabu eżatt wara l-famuż Ċavett Place.

THE MALTA INDEPENDENT jinvestiga l-għidut li ħareġ dan l-aħħar dwar il-possibilta’ li jitneħħew għal kollox l-eżamijiet tal-‘O’ Levels u l-‘A’ Levels. F’rapport separat, naqraw illi anke l-ambjentalista Lino Bugeja huwa kontra li tintmiss l-art fiż-Żonqor.

L-ORIZZONT bi storja umana ta’ mara Maltija illi skopriet li ommha u missierha huma aħwa, u hi kienet frott ta’ stupru. Il-każ kien inżamm mistur.