Kunsilli Lokali Lokali

Il-Viċi Sindku Laburista ta’ Bormla jibda petizzjoni fost ir-residenti għax il-Ministru Joe Mizzi ma żammx il-wegħdiet magħhom

Ħafna mir-residenti ta’ Bormla qed jiffirmaw petizzjoni kontra l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi hekk kif, skont persuni li kkuntattjaw lil MaltaRightNow.com, il-Ministru Joe Mizzi mar kontra wegħda li għamillhom qabel l-elezzjoni ġenerali.

Ir-residenti ta’ Bormla bdew il-petizzjoni wara li l-Ministru Mizzi ddeċieda li ma jidħlux aktar dgħajjes ‘il ġewwa mill-pont li hemm fiż-żona tal-Baċir numru Wieħed.

Din id-deċiżjoni wasslet għal rabja kbira fost ir-residenti, partikolarment dawk dilettanti tar-Regatta. Skont il-persuni li tkellmu magħna, b’din id-deċiżjoni se jkunu affetwati ħażin il-membri tal-klabb tar-Regatta ta’ Bormla.

Il-petizzjoni bdiet b’inizjattiva tal-Viċi Sindku Laburista ta’ Bormla, anke wara wegħda oħra li Joe Mizzi għamel lill-Bormliżi, partikolarment lis-sidien tal-ħwienet, li jkollhom parkeġġ ġdid fi Pjazza Gavino Gulia … imma lanqas din il-wegħda ma żamm.