Jason Vella jinsab viċin li jingħaqad ma’ Pembroke Athleta fejn mistenni jokkupa l-kariga ta’ Team Manager u jaħdem mill-qrib tal-kowċ ġdid Winston Muscat.
Vella għandu esperjenza twila ta’ ħidma fil-futbol lokali fejn fost l-oħrajn kien membru tal-kumitat ta’ Marsaxlokk F.C. fil-Premier u għall-aħħar snin Team Manager ta’ St. George’s.
Kien ukoll il-persuna li ħadem biex St. George’s bnew relazzjoni tajba mal-klabb Ingliż Matlock Town CFA. Dan minbarra li għandu kuntatti ma’ Sheffield United.
Ritratt: Jason Vella fin-nofs bejn eks plejers u leġġendi ta’ Sheffield United.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

