Futbol Sport

Joe Sammut ma jippreżentax in-nomina għall-kumitat ta’ Pieta’ Hotspurs

Joe Sammut ma ppreżentax in-nomina tiegħu għal kariga fil-kumitat ta’ Pieta’ Hotspurs.

Dan ifisser li uffiċjalment Sammut hu eks President tal-klabb u m’għadx għandu parti mill-Kumitat għalkemm Replay hu nfurmat li xorta se jkun qed jgħin.

B’kollox kien hemm 13-il nomina u għalhekk m’hemmx bżonn elezzjoni biex b’hekk issa jitqassmu l-karigi bejn dawk li tefgħu n-nomina.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).