Internazzjonali

Miet l-attur Christopher Lee

Tħabbret il-mewt tal-attur Ingliż Christopher Lee f’eta ta’ 93 sena. Lee kien magħruf l-aktar għal mod kif kien iqaxxar il-parti tal-kattiv f’diversi films. Fost dawn f’diversi films tal-orrur fis-snin ħamsin u sittin fosthom Dracula, Lord of the Rings (fir-ritratt bħala Saruman f’The Lord of the Rings u The Hobbit) u Star Wars kif ukoll f;The Man With the Golden Gun fis-serje ta’ James Bond. Ta’ min igħid li Ian Fleming, l-awtur ta’ James Bond kien il-kuġin tiegħu.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija hu kien mal-SAS imma dejjem irrifjuta igħid x’kien jagħmel.
Fl-1961 hu kien iżżewweġ lil Birgit u kellhom tifla Christina.