Numru ta’ klabbs f’Malta wrew interess li jakkwistaw lill-attakkant Ukren ta’ 28 sena Denis Sytnik, li fl-istaġun li għadda skurja 20 mill-35 gowl ta’ Marsaskala u spiċċa top scorer tat-Tielet Diviżjoni.
Bħalissa Sytnik jinsab fl-Iżlanda fejn qed jilgħab għal UMF Selfoss u mistenni jtemm l-istaġun magħhom, jiġifieri sa tmiem Settembru.
Dan is-sit hu nfurmat li xi klabbs diġa’ kellmu kemm lill-plejer stess kif ukoll lil Marsaskala. Madankollu hemm ċans tajjeb ukoll li Sytnik ikompli jilgħab għal Marsaskala.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

