Futbol Sport

Numru ta’ plejers bi prova ma’ Valletta

Waqt il-laqgħa ġenerali ta’ Valletta FC li saret ilbieraħ tħabbar li l-klabb se jkollu numru ta’ plejers jitħarġu bi prova fil-jiem li ġejjien.

Dawn huma l-plejer internazzjonali tat-Tuneżija Sami Ayouni li għad għandu 23 sena u jilgħab fir-rwol ta’ midfielder avvanzat, l-attakkant ta’ 23 sena mit-Tuneżija Marouane Troudi, attakkant ieħor Tuneżin ta’ 26 sena Hamza Messaadi u d-difensur internazzjonali mill-Moldova Maxim Focşa (ritratt).

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).