Lokali

Partijiet minn Birkirkara bla dawl wara “ħoss ta’ splużjoni”

Diversi partijiet minn Birkirkara jinsabu bla dawl wara dak li xi persuni li tkellmu magħna ddeskrivew bħala “ħoss qawwi ta’ splużjoni.

Jidher li d-dawl inqata’ għall-ħabta tal-23:25 għalkemm għad mhux magħruf jekk l-isplużjoni seħħitx f’xi sub station tad-dawl fiż-żona jew jekk dan il-ħoss kellux x’jaqsam mal-qtugħ fil-provvista tad-dawl.