Għawdex Lokali

RITRATT: il-problema ta’ parkeġġ fl-Imġarr

Problema ta’ kuljum li qed isibu ma wiċċhom l-Għawdxin li jaħdmu Malta hi li l-parkeġġ tat-terminal tax-xatt qed ikun kulljum mimli bil-karozzi tal kiri. Nies li tkellmu magħna għaddewlna ukoll numru ta’ ritratti li juru kif ikun ippakjat it-terminal tal-Imġarr fil-5am.

“Dawn jiġu jipparkjaw il-karozzi tal-kiri mal-lejl u filgħodu jneħħuhom. Bil-konsegwenza li ħafna jiġu għall-vapur tal-5am u, għax ma nsibux parking, jew nitilfu l-vapur jew ikollna naqsmu lejn malta bil-karozza b’kollox”.

It-tabelli li hawn ġewwa l-parkeġġ tat-terminal jgħidu li ma tistax tipparkja karozzi tal-kiri, imma xorta qed isir dan l-abbuż. Sa dalgħodu stess kien hemm madwar 45 karozza tal-kiri.