Santa Luċia jistgħu jitilfu żewġ plejers ewlenin hekk kif Replay hu nfurmat li numru ta’ klabbs qed juru interess fil-goalkeeper Jonathan Vella u l-attakkant barrani Mohammed Telessi.
Jonathan Vella, li llum għandu 29 sena, għall-aħħar staġuni kien l-għażla ovja tal-klabb biex jiddefendi l-lasti kif ukoll il-captain tal-iskwadra. Dan is-sit hu nfurmat li għal Vella hemm interess minn klabb tal-Ewwel Diviżjoni u ieħor fit-Tieni Diviżjoni.
Minn naħa l-oħra Telessi għandu interess qawwi minn żewġ klabbs tat-Tieni Diviżjoni. Dan wara li għall-aħħar staġuni kien goalskorer konsistenti. Fl-aħħar staġun filfatt hu skurja 19-il gowl, gowl biss taħt it-top scorer Denis Sytnik ta’ Marsaskala.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

