Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara li ntlaqat minn vann f’Ħaż-Żebbuġ

habta
Incident

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ wara li llejla ntlaqat minn vann f’Ħaż-Żebbuġ. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq is-Siġġiewi, kien involut mutur tat-tip Yamaha u vann tat-tip Ford Transit.

Mill-ewwel informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li għal xi raġuni l-vann laqat il-mutur u konsegwenza ta’ dan, is-sewwieq tal-mutur tkaxkar għal xi metri mal-art.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza wara li ngħata l-ewwel għajnuna medika fil-post. Il-kundizzjoni ta’ saħħtu s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …