Futbol Sport

Stefano Grima maħtur kowċ ta’ Naxxar Lions

Fl-AĠM tal-bieraħ ta’ Naxxar Lions tħabbar li Stefano Grima se jkun il-kowċ għall-istaġun li ġej.

Stefano Grima beda l-karriera tiegħu jaħdem fin-nursery ta’ San Ġwann u wara staġun mar ma’ Vittoriosa Stars bħala assistent tal-kowċ Joe brincat u fl-istess staġun mas-suċċessur tiegħu Oliver spiteri.

Wara dak l-istaġun Grima ssieħeb ma’ Naxxar Lions fejn laħaq assitent tal-kowċ Winston Muscat fl-Ewwel Diviżjoni. Din se tkun ir-rabaħ sena tiegħu ma’ Naxxar fejn okkupa wkoll il-kariga’ ta’ Head Coach tan-nursery.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).