Żewġ anzjani sofrew feriti ħfief wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku, li seħħ kmieni waranofsinhar fl-Imsida.
L-anzjani, raġel ta’ 81 sena u martu ta’ 82 sena minn Ħal Tarxien, kienu għaddejjin minn Triq Mikiel Anton Vassalli f’vettura tat-tip Austin Metro, misjuqa mill-anzjan, meta għal xi raġuni ħabtu bumper-to-bumper ma’ karozza tal-linja, misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Raħal Ġdid.
L-anzjani ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza, fejn kienu ċċertifikati li qed isofru minn ferti ħfief.
Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw iż-żewġ inċidenti.
//= $special ?>