Lokali

Aġġornata: Isofri feriti gravi wara li nqaleb bil-karozza mill-Bypass tal-Mrieħel

Sewwieq ta’ 27 sena minn Marsaxlokk sofra feriti gravi wara li waqa’ bil-karozza b’kollox minn għoli ta’ madwar sular għal ġo għalqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10pm fil-Bypass tal-Imrieħel, bl-ewwel informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com tgħid li għal xi raġuni, ir-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip Toyota Vitz.

Kawża ta’ dan, il-vettura nqalbet u spiċċat waqgħet f’għalqa minn għoli ta’ madwar sular.

Fil-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex iż-żagħżugħ jinħareġ mill-karozza. Hu ngħata l-ewwel għajnuna fil-post minn tim mediku tal-Isptar Mater Dei. Hu ttieħed l-Isptar għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

11212766_848206165262943_5731495638197845442_n