Balzan qed juru interess fl-akkwist tal-attakkant Brażiljan ta’ Floriana Igor Coronado.
Sorsi infurmati sew qalu lil dan is-sit li apparti Balzan hemm ukoll Birkirkara li huma interessati f’dan il-plejer. Madankollu dawn tal-aħħar dan l-aħħar naqqsu l-interess fil-plejer u qed jikkonċentraw fuq plejers oħra barranin u fl-istess pożizzjoni ta’ Coronado.
L-attakkant ta’ Floriana għandu kuntratt ma’ Floriana u lil hinn minn Malta, hemm numru ta’ klabbs Taljani li diġa’ esprimiew interess fl-akkwist ta’ Coronado.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

