Sport

Drago u Borg iħallu Malta biex jikkompetu fiċ-Ċina

Il-koppja Maltin Tony Drago u Alex Borg illum ħallew pajjiżna lejn iċ-Ċina fejn hemm se jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja tas-snooker. Din se tintlagħab fil-belt ta’ Wuxi u tibda nhar it-Tnejn li ġej u tintemm il-Ħadd 21 ta’ Ġunju.

B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem 24 tim minn 23 pajjiż differenti u r-rebbieħ jirċievi s-somma ta’ $200,000. Bla dubju l-akbar favoriti għar-rebħ tal-unur huma Ding Junhui u Xiao Guodong li se jkunu qed jilagħbu quddiem il-pubbliku tagħhom stess.

It-tim Malti qiegħed fi Grupp A flimkien mal-Awstrija, Singapore, in-Norveġja, l-Indja u tim A taċ-Ċina. L-ewwel logħba tal-Maltin se tkun it-Tnejn 15 ta’ Ġunju kontra l-Awstrija.

Iċ-Ċina huma l-holders wara li fl-2011, fil-finali tat-turnament, li kien sar fit-Tajluja, dawn kienu għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq. It-tim ingliż, kompost minn Mark Selby u Stuart Bingham hu wieħed qawwi filwaqt li t-tim Skoċċiż se jkun magħmul minn John Higgins u Stephen Maguire.

L-24 tim se jkunu mqassma f’erba’ gruppi b’sitt timijiet kull wieħed. Kull tim, jilgħab ħames partiti fil-fażi tal-gruppi. Il-partiti ta’ din il-fażi jintlagħbu fuq ħames frames u jingħata punt għall kull frame mirbuħ. Minn kull grupp jikkwalifikaw żewġ timijiet għall-fażi tan-knockout.

Il-gruppi:
Grupp A

Ċina A (Ding Junhui u Xiao Guodong)
Norveġja (Kurt Maflin u Anita Maflin)
Singapore (Marvin Lim Chun Kiat u KK Chan)
Indja (Aditya Mehta u Pankaj Advani)
Malta (Tony Drago u Alex Borg)
Awstrija (Ureas Ploner u Paul Schopf)

Grupp B
Hong Kong (Marco Fu u Au Chi Wai)
Skozja (John Higgins u Stephen Maguire)
Iran (Hossein Vafaei Ayouri u Ehsan Heydari Nezhad)
Malasja (Thor Chuan Leong u Mohd Reza Hassan)
Brażil (Igor Figueiredo u Itaro Santos)
Belġju (Luca Brecel u Thomas Skalski)

Grupp Ċ
Awstralja (Neil Robertson u Vinnie Calabrese)
Wales (Mark Williams u Michael White)
Pakistan (Hamza Akbar u Muhammad Sajjad)
Qatar (Ahmed Saif u Ali Alobaidaly)
Polu (Mateusz Baranowski u Adam Stefanow)
Irlanda ta’ Fuq (Gerard Greene u Joe Swail)

Grupp D
Englu (Mark Selby u Stuart Bingham)
Irelu (Ken Doherty u Fergal O’Brien)
Ċina B (Zhou Yuelong u Yan Bingtao)
Tajlandja (Dechawat Poomjaeng u Thepchaiya Un-Nooh)
UAE (Khalid Alkamali u Mohamed Shehab)
Ġermanja (Lukas Kleckers u Felix Frede)