Lokali

Filmat: Evitat inċident gravi wara U-turn fi triq traffikuża

Sewwieq ta’ vettura li ddeċieda li jagħmel U turn fi triq traffikuża fin-Naxxar ħelisha ħafif minn inċident li seta’ kellu konsegwenzi gravi.

Kif jidher fil-filmat, is-sewwieq  għamel U turn f’nofs ta’ triq prinċipali u sab ma’ wiċċu kowċ mimlija bin-nies. Fortunatament is-sewwieq tal-kowċ żamm break qawwi u rnexxielu jieqaf ftit metri biss bogħod mill-vettura l-oħra.

Li kieku mhux għall-intervent tas-sewwieq tal-private, l-impatt kien ikun dirett fuq in-naħa tax-xufier tal-karozza, b’konsegwenzi li setgħu kienu fatali.