Filmat ġdid li għadu kemm ħareġ juri wieħed mill-akbar speċi ta’ klieb il-baħar – tar-razza Great White – li qatt dehru għal ħafna snin…. Il-kelb il-baħar inkwistjoni (ta’ razza feminili) hu twil aktar minn għoxrin pied u ngħata l-laqam Deep Blue mid-dilettanti.
Dan il-Great White, li jaħsbu li għandu mal-50 sena, kien spikka waqt dokumentarju tad-Discovery Channel li sar f’Awwissu li għadda. Dak iż-żmien, ir-riċerkaturi rnexxielhom iwaħħlu tag mal-ħuta enormi biex isegwu l-movimenti tagħha.
Wieħed mir-riċerkaturi li kienu ħadu sehem fl-impenn, ‘il quddiem, sab il-filmat dwar l-eskursjoni fil-kompjuter tiegħu. Il-filmat juri, fost oħrajn, il-kelb il-baħar qed jgħum madwar il-bugħaddasa magħluqin ġo gaġġa fl-ibħra ‘l hinn mill-Gżira ta’ Guadalupe, fil-Messiku.
Minbarra li hi magħrufa għad-daqs inkredibbli, din il-ħuta speċifika tispikka wkoll għall-ħafna ġrieħi li ġarrbet tul is-snin (li l-marki tagħhom għadhom jidhru sew) li setgħu rriżultaw ‘minn ġlied ma’ klieb il-baħar oħrajn’.
Il-bugħaddasa u d-dilettanti tal-klieb il-baħar minn madwar id-dinja ilhom żmien jivvjaġġaw lejn l-inħawi ta’ Guadalupe biex jaraw il-klieb il-baħar tat-tip Great White. Dan meta l-ħarifa tibqa’ l-aħjar staġun għal ‘shark sightings’ fl-ibħra ‘il hinn mill-Messiku.
//= $special ?>