Lokali

FILMAT : L-ISKANDLU TA’ STRADA ZEKKA: Il-Gvern ħadlu l-art biex tinghata lil Gaffarena

“Kieku kont jiena u t-tfal imxejt magħhom hekk, kieku qas ikellmuni”.

Din kienet waħda mid-dikjarazzjonijiet qawwija ta’ persuna li, sa ftit tal-ġimgħat ilu u għal dawn l-aħħar 11-il sena, kien qed jikri art li issa tteħditlu mill-Gvern biex tingħata lil Gaffarena.

Madankollu, fl-aħħar ġimgħat, ir-raġel li tkellem magħna spiċċa tteħditlu l-art mingħajr ma kien infurmat. Din l-istess art, issa ngħatat lil Gaffarena, is-sid li bħala kumpens għal propjetà fi Strada Zekka ngħata seba’ artijiet.

Ir-raġel jispjega kemm hu mweġġa’ kif ukoll kemm dak kollu li sar, sar bi pjan.

Ara l-intervista kollha f’dan il-filmat.