Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON bi storja dwar Fond reġistrat Malta li qed jiġi investigat fuq kapital mgħoddi lil bank Taljan. Fl-investigazzjoni qed jissemmew il-Futura Fund u l-Grupp Banco Popolare di Vicenza.

L-iskandlu Gaffarena jkompli jiddomina l-aħbarijiet, bil-ġurnal TIMES OF MALTA jispjega kif l-inkjesta li qed issir mid-Dipartiment tal-Awditjar Intern (IAID) bil-liġi tkun marbuta li ma tiġix ippubblikata.

Kelliem għal Gaffarena wieġeb ‘no comment’ meta mistoqsi minn THE MALTA INDEPENDENT dwar il-post magħruf bħala Taċ-Ċavett fil-limiti ta’ Ħal Qormi, li għadu jintuża illegalment għal parties u avvenimenti ta’ gruppi.

Jum wara ir-rapport f’IN-NAZZJON, il-ġurnal L-ORIZZONT jippubblika l-istorja tas-sejbiet arkeoloġiċi f’Ħal Kirkop.