Lokali

Il-GWU l-uniku alleat tal-Gvern favur proġett li jeqred l-art naturali fiż-Żonqor

Hekk kif aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir qed jiżdiedu l-individwi u l-għaqdiet fil-moviment kontra l-proposta tal-Gvern li jibni fiż-Żonqor, jidher li l-uniku alleat li għandu l-Gvern f’din il-kwistjoni hu l-General Workers Union.

Dan hekk kif fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal The Times, il-President tal-GWU Victor Carachi kiteb biex jiddefendi dan il-pjan li se jeqred art naturali f’Marsaskala. Skont hu, dwar iż-żoni barra mill-iżvilupp għandu jkun hemm eċċezzjoni għar-regola.

Il-President tal-GWU irrepeta d-diska tal-Gvern meta kiteb li n-nofsinhar ta’ Malta se jgawdi b’dan l-iżvilupp. Victor Carachi insista li l-Università tal-Ġordaniżi se jkollha valur għall-ekonomija.