Din il-ġimgħa inbdiet petizzjoni online sabiex fil-logħba FIFA 16 ikun inkluż il-BOV Premier.
Il-petizzjoni ġġib l-isem “Maltese League on FIFA 16”. Fir-ritratt li qed jintuża mal-petizzjoni jidhru Andrew Cohen u Paul Fenech, bil-logo tal-logħba popolari eżatt taħthom.
Sa dalgħodu l-petizzjoni kienet diġa’ qabżet it-800 firma.
Wieħed jista jidħol fil-petizzjoni permezz tal-link hawn taħt:
http://www.ipetitions.com/petition/maltese-league-on-fifa-16
Wieħed irid jirrimarka illi għalkemm fuq il-famużi logħob tal-FIFA ma jeżistix league Malti, kien hemm drabi fejn dehru ismijiet ta’ plejers Maltin, jew inkella plejers oħra li fil-passat lagħbu fil-BOV Premier.
Wieħed jinnota li hemm pajjiżi bħall-Greċja u l-Arġentina li m’għandhomx il-kampjonati nazzjonali inklużi fil-logħba. Hemm biss ċertu timijiet popolari.
L-edizzjoni li jmiss tal-FIFA toħroġ f’Settembru li ġej.
Din il-logħba hija popolari ferm ma’ min għandu mhux biss PlayStation u XBox iżda anke Nintendo, Windows Phone, u sistemi tal-kompjuter iOS u Windows.
//= $special ?>

