Qorti Sport

Jorge Santos Silva lura ma’ Birkirkara?

L-attakkant Brażiljan ta’ 28 sena Jorge Santos Silva jista’ jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Birkirkara fl-istaġun li ġej. Dan wara li l-kowċ Taljan Giovanni Tedesco xeħet ħarstu fuq is-servizz ta’ dan il-plejer.

Santos Silva għandu kuntratt ta’ sena ma’ Naxxar Lions imma dan is-sit hu infurmat li minarra Birkirkara, kemm iċ-champions Hibernians kif ukoll Valletta huma interessati fil-Brażiljan.

Madankollu dan is-sit hu nfurmat li madankollu Birkirkara huma l-akbar favoriti li jiksbu l-firma tal-plejer. Jekk dan ikun il-każ allura Santos Silva se jkun qed jirritorna mal-istripes wara li diġa’ kien magħhom fl-istaġun 2011/12.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).