Fil-Forti ta’ Sant’Iermu għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-kunċert tal-band Winter Moods, fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tagħhom.
Il-kunċert tas-Sibt filgħaxija se jkun kollu kemm hu għal Puttinu Cares.
Illejla l-band se tkun għaddejja bl-aħħar provi hekk kif il-membri tagħha diġà stqarru li huma emozzjonati ferm għal dan il-kunċert.
Ivan Grech, il-kantant ewlieni, qal li jinsabu kuntenti li l-biljetti tal-Inner Circle inbiegħu kollha u fadal biss ftit biljetti għal dawk li se jkunu bilwieqfa. Spjega li l-band għandha ftit sorpriżi ppreparati għall-udjenza u se jkantaw kanzunetti li jeħduhom fuq vjaġġ ta’ 30 sena.
Transport Malta se tkun qed testendi s-servizz tal-Park & Ride mill-Furjana, mis-6.30pm sa nofsillejl. Min jasal bil-karozza sal-Park & Ride jista’ jħalliha pparkjata hemm u bil-biljett ta’ €0.40 jitwassal sa Forti Sant’Iermu u lura.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-band ħabbret li The New Victorians u Joe Roscoe se jkunu qed ikantaw bħala supporting acts. Iktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku tal-band www.wintermoods.net.
//= $special ?>

