Futbol Sport

Mellieħa SC jaħtru lil Alex Delia bħala Head Coach tan-Nursery

Il-Mellieħa SC Football Nursery laħqet ftehim ma’ Alex Delia biex dan jokkupa l-kariga ta’ Head Coach għall-istaġun 2015-2016.

Alex Delia huwa kkwalifikat b’Level 3 UEFA B (English FA) u għandu esperjenza vasta fil-coaching fosthom Head Coach tat-tim tal-ewwel diviżjoni Msida SJ FC u Head Coach tan-Nursery ta’ Valletta FC. Barra minhekk huwa kien ukoll kowċ ta’ diversi timijiet oħra fosthom Mellieħa SC u Naxxar Lions li magħhom rebaħ promozzjonijiet mit-3et Diviżjoni sal-1el Diviżjoni.

Alex huwa wkoll membru tal-International Coaches Association u tal-FA Licensed Coaches’ Club (English FA).

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).