Waħda mix-xewqat tal-kowċ il-ġdid ta’ Valletta, Paul Zammit, hu l-akkwist tal-midfielder internazzjonali Malti u ta’ Sliema Wanderers Mark Scerri.
Scerri hu ikkonsidrat bħala wieħed mit-talenti l-kbar f’Malta u fl-eta’ ta’ 25 sena diġa’ libes il-faxxa ta’ captain ta’ Sliema għal iktar minn darba.
Sorsi nfurmati sew qalu lil dan is-sit li Sliema qed jirreżistu l-interess ta’ Valletta. Madankollu dawn tal-aħħar qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw lil dan il-plejer li hu meqjus bħala sostitut denju ta’ Ryan Fenech li ssieħeb lil Balzan.
Valletta jidher li daru għal Scerri wara li fallew milli jakkwistaw lil Paul Fenech mingħand Birkirkara.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

