Lokali

Raġel jieħu xokk elettriku u jaqa’ madwar żewg sulari

Raġel ta’ 52 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li ħa xokk elettriku waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet fi Triq Patri P. Mifsud, Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin.

Minn investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ jirriżulta li r-raġel kien qiegħed fuq sellum meta ħa xokk elettriku u waqa’ madwar żewg sulari.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku fejn ħadu lir-raġel l-Isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.