Futbol Sport

Renzo Kerr-Cumbo maħtur kowċ ta’ Gudja United

Gudja United ħabbru li Renzo Kerr-Cumbo hu l-kowċ ġdid tagħhom.

Kerr-Cumbo ilu snin twal jikkowċja f’nurseries diversi fosthom dawk ta’ Pieta’ Hotspurs, Żejtun Corinthians u Luqa St. Andrew’s.

Fl-aħħar snin kien ukoll assistent ta’ Clive Mizzi ma’ Mqabba, Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows kif ukoll Head Coach u kowċ tal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena mal-istess Tarxien Rainbows. Fl-istaġun li għadda Ker-Cumbo kien ukoll l-assistent tal-kowċ Steve D’Amato ma’ Ħamrun Spartans u kowċ tal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena tal-istess klabb.

Kerr-Cumbo għandu wkoll esperjenza ta’ coaching fil-futsal u kien ukoll kowċ tal-handball bħala eks plejer tat-tim nazzjonali tal-istess sport.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).