Illbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-22:00, membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Marsa minħabba nirien kbar li ħakmu l-fabbrika Blue Sky Furniture
Fuq il-post hawn erba’ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jippruvaw jikkontrollaw in-nirien.
Mhux magħruf x’wassal għal dan in-nar u qed tkun ħidma difficli biex ikun kontrollat in-nar.
Jidher li l-ħsarat huma kbar. Vettura li kien hemm pparkjata ġewwa ħadet in-nar u l-materjal tal-injam li kien hemm.
It-triq ingħalqet għat-traffiku minħabba duħħan kbir u li kawża ta’ hekk is-sewwieqa ma kienux qed jaraw.
