Lokali

Ritratti: Sħaba trab tgħatti triq fil-Ħamrun

Jekk tagħmel xogħol fuq il-faċċata tad-dar tiegħu u tkun se taqla’ t-trab trid bilforsi tgħatti l-faċċata b’xibka biex ma jtirx trab, inkella teħel multa. Imma jidher li għal ħaddiema li dalgħodu qattgħu kanal fit-triq fil-Ħamrun dan ma japplikax.

Kif jidher fir-ritratti li waslu għand is-sit, numru ta’ ħaddiema dalgħodu qatgħu gandott tul Triq P. Xuereb, biswit il-Victor Tedesco Stadium, bil-konsegwenza li r-residenti u l-karozzi li għaddew miż-żona spiċċaw jgħaddu minn sħaba trab.

Persuni li tkellmu magħna lmentaw li ma sar l-ebda tentattiv mill-ħaddiema biex jitnaqqas l-inkonvenjent u ma kien hemm l-ebda lqugħ biex jitnaqqas it-trab fl-arja.

11421453_10153424434887386_1382728758_n