Sport

Sarri kowċ ta’ Napoli u Rastelli ta’ Cagliari

Napoli u Cagliari ħabbru li ħatru kowċis ġodda. Maurizio Sarri se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Napoli u se jkun qed jieħu post Rafa Benitez li minn naħa tiegħu ingħaqad ma’ Real Madrid. Sarri iffirma kuntratt ta’ sena. Sarri iddebutta ma’ Empoli fl-istaġun li għadda u t-tim tiegħu mhux biss salva postu fl-ogħla diviżjoni imma anke offra futbol pożittiv.

Rastelli se jkun qed jieħu post Gianluca Festa u hu marbut mal-klabb sa Ġunju tal-2018. Rastelli, li għandu 46 sena, fl-istaġun li għadda mexxa lil Avellino għal-play-offs tas-Serie B u ma ġewx promossi wara li tilfu kontra Bologna.