L-influwenza tat-televiżjoni u tal-futbol fuq il-Maltin qed taffetwa mhux ftit l-għażla tal-ismijiet mogħtija lit-trabi fit-twelid. L-aħħar statistika tindika li fost l-aktar 20 isem popolari għas-subien daħlu l-ismijiet Leon/Lionel/Leonardo, kif ukoll Yan/Yannick.
Għalkemm Messi żgur li ħalla l-impatt tiegħu fuq il-ġenituri Maltin, l-aqwa tliet ismijiet jibqgħu dawk tradizzjonali – Luke, Matthew u Jake jew Jacob. Għal-bniet, l-ismijiet l-aktar popolari jibqgħu Elena, Julia u Emma.
Mal-aqwa 20 isem li ingħataw lill-bniet fis-sena 2014 daħlu bħala ismijiet ġodda fil-lista kemm Francesca u Sarah kif ukoll Valentina u Eve.
L-istatistika tal-NSO għas-sena li għaddiet turi li fl-2014 kien hemm 4,277 wild. Minn dawn 53 fil-mija kienu subien.
L-ammont ta’ trabi imwielda żdied b’4.9 fil-mija meta mqabbel mal-2013.
//= $special ?>