Internazzjonali

Żewġ sorijiet imwaħħla f’lift għal ġranet

Il-Carabinieri ta’ Ruma, nhar it-Tnejn li għadda, issejħu biex jagħtu l-għajnuna f’każ mhux tas-soltu.

Żewġ sorijiet spiċċaw imwaħħla f’lift, mill-Ġimgħa, fl-istitut reliġjuż ta’ Via Aurelia. Iż-żewġ sorijiet ma setgħux joħorġu u lanqas jitolbu għall-għajnuna u għaddew tmiem il-ġimgħa magħluqa fil-lift. Kienet biss il-mara li tagħmel il-faċċendi li ndunat, it-Tnejn filgħodu, u li sejħet għall-għajnuna.

Is-sorijiet, ta’ 58 u ta’ 68 sena, spiċċaw ittieħdu l-isptar għax kienu qed ibatu minn nuqqas kbir ta’ idratazzjoni.