Internazzjonali

Attakkat il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija f’Dallas

Mumenti ta’ tensjoni f’Dallas f’Texas wara attakk b’armi tan-nar u bombi kontra l-kwartieri ġenerali tal-Pulizija.
Attakk li fih intuża vann armat u li ftit wara spiċċa assedjat f’parking fiz-zona ta’ Hutchin fejn ukoll kien hemm sparatura oħra. Raġel ġewwa l-vann, kien identifikat bħala James Boulware u li f’telefonata li għamel, akkuża l-Pulizija talli tilef il-kustodja tat-tfal u timbrawħ bħala terrorista. Imma kelliem għall-Pulizija ta’ Texas qal li minkejja dak li qal Boulware, ma instab xejn s’issa li juri li dan kellu xi rabta terroristika. Ir-raġel kellu passat ta’ vjolenza domestika u fl-2013 kien arrestat wara li ħedded li jattakka skejjel u knejjes fiz-zona.
Minkejja ħafna sparar fl-attakk kontra l-bini tal-Pulizija u li fih infetaħ in-nar anki kontra vettura tal-Pulizija. Wara, barra l-post nstabu żewġ bombi. Waħda minnhom, li tħalliet taħt karrozza tal-Pulizija, splodiet hekk kif esperti tal-isplussiv bdew jippruvaw iżarmawha imma ħadd ma ndarab.